notices

Donazzjonijiet lill-annimali.

Kemm inġabru flus għall-Istrina! Tassew li aħna poplu b’qalb kbira!

Tajjeb illi naħsbu ukoll f’dawk l-annimali abbandunati li m’għandhomx vuċi biex jappallew għad-donazzjonijiet!

Inħeġġigġkom sabiex  f’dawn iż-żminijiet ( anka matul is-sena kollha) iżżuru xi santwarji tal-annimali u tkun ġenerużi, dawn jaċċetaw anke ikel u lożor qodma li jkunu għadhom f’kundizzjoni tajba.

Din isservi bħal ħarġa b’mod differenti għat-tfal tagħkom. Nuruhom li mhux kull animal huwa ixxurtjat daqs il-kelb/ qattus tagħna! Sa minn eta` ċkejkna niżviluppaw fit-tfal attitudni u pożittiva lejn dawn l-annimali.

Tony Payne qal: ‘ Tifel li jħobb l-annimali jikber f’adult b’kompassjoni lejn in-nies ta’ madwaru’